Il-paġna Aġġornament tat-temp ftit ilu ppubblikaw aġġornament rigward it-temp għall-jiem li ġejjin, l-iżjed bejn is-Sibt u l-Ħadd. Huma kitbu dwar jekk hux possibbli li fi tmiem il-ġimgħa li ġej jifforma xi ċiklun fil-Mediterran.

"L-indikazjoni prevista hi li ser ikolna firxa ta' pressjoni baxxa 1009 hPa.  Biex jifforma ċiklun trid tkun ferm aktar baxxa. Però ser tinħoloq sistema ta' Maltemp minn kmieni Sibt filgħodu li taf toħloq Maltempata fil-Mediterran aktar qawwija min normal."

Iċ-ċiklun jista' jifforma jekk it-temperatura tinżel ħafna iktar minn dik li hi bħalissa u minn dik imbassra fil-gżejjer Maltin.

S'issa l-maltempati qawwija li ffurmaw fl-Italja, ma kellhom ebda effett dirett fuq il-gżejjer Maltin. Il-paġna tikteb, "bl-esperjenza li għandna nafu li dan ser iħalli effett 'il quddiem. U għalhekk qegħdin attenti nsegwu dak li qiegħed jiġri bħalissa."

Fix-xahar ta' Novembru kull tip ta' maltempata hi possibli skont il-paġna.


Kyle Zarb