Illejla se jkun qed jittella' kunċert li jolqot lil dawk li jħobbu l-mużika, hekk kif għexieren ta’ eluf se jinġabru fil-Fosos tal-Furjana biex ikantaw u jiżfnu ma' diversi kanzunetti li għamlu suċċess.

Fosthom ħa jkun hemm l-artisti ta’ fama dinjija DJ Snake, RAYE u Nelly Furtado fil-festival annwali tal-mużika, Isle of MTV. Isle of MTV mhux dejjem sar f’Malta. Beda fl-2002 f’Lisbona, il-Portugall, u sal-2005, saret kull sena fi Franza, Spanja u l-Italja.

L-2007 kienet is-sena li l-festival tal-mużika massiv ġie għall-ewwel darba f’Malta, b’Akon, Maroon 5 u Enrique Iglesias. F’dik is-sena tat wirja l-artista lokali popolari Ira Losco. Kantant oħra lokali li kienu fuq dak il-palk matul is-snin hemm Michela, Gaia, AIDAN u Shaun Farrugia.

Ser tattendu llejla?

Facebook/ Isle of MTV


Kyle Zarb