Il-preżentatriċi Marcella Busuttil titkellem dwar il-fatt li minn nhar it-Tnejn li ġej se tkun qed tidher fid-drama l-ġdida li se tibda tixxandar fuq NET TV minflok Ulied Il-Lejl. Drama oħra li se toħodna fil-passat milli jidher.

Marcella tikteb, "Nhar it-Tnejn fuq NET Television jibda’ s-siparju ta’ Żerniq, kitba ta’ Ninu Borg, direzzjoni Paul Stanley Aquilina u muntaġġ ta’ Emmanuel Francalanza. Jien ser nkun qed ninterpreta l-parti ta’ Brigitte, mara miżżewġa, Franciża li ser ikollha tgħaddi minn ftit imrar mhux ħażin."

Marcella tkompli żżid, "Importanti li ssegwu l-ewwel episodju biex tifhmu din l-istorja daqshekk sabiħa. Grazzi ta’ din l-opportunità."

Intom ħa tkunu qegħdin issegwu?

Facebook / Marcella Busuttil


Emil Calleja Bayliss