Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Bjorn Formosa sellem il-memorja ta’ Graziella. Qasam ukoll filmat dwar l-istess persuna. Hu qal, “Ser nimmisjaw dik it-tbissima li kellek Graziella Kont tibgħat bewsa lil kulħadd! Issa  ħu ħsieb lil ommok u l-familja tiegħek minn hemm fuq. Strieħ fi sliem! Din kienet l-istorja ta' Graziella. ”

Fil-filmat Graziella ġiet deskritta bħala ‘anġlu jimxi fl-art’ u ‘tifla kwieta.’ Tkellmu l-ġenituri tagħha, fejn ommha qalet li sikwit tgħid lin-nies li tippreferi li kieku din il-marda qabdet lilha u mhux lil bintha.  Graziella kienet persuna li tgħix f’Dar Bjorn, fejn ommha qalet li ma jonqosha xejn, dejjem kienet tkun kuntenta u dejjem ferħana.

Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.


Charlton Cefai