Illejla ser tibda l-EURO 2020 u ser tintlgħab l-ewwel partita bejn l-Italja u t-Turkija.

Ftit tal-ħin ilu, Bjorn Formosa staqsa ma min ser iżommu dawk is-supporters li jħobbu l-futbol u li se jsegwu l-EURO. Bjorn qal li se jkun qed jiżboh wiċċu bil-bandiera ta’ dan il-pajjiż li jġib l-aktar voti. Wieħed jista’ jivvota billi jibgħat donazzjoni b’sms u jikteb il-pajjiż li se jżomm miegħu. Dan qed isir sabiex tkun tista’ tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn.

Ejjew ngħinuh ħalli l-ħolma tiegħu ssir realtà!

Facebook / Bjorn Formosa


Henzley  Bezzina