Minn Ottubru li ġej kulħadd ser ikun ħerqan biex jerġa' jsegwi l-aħħar avventura ta' Division 7 fuq ONE. Fost l-atturi li ser inkunu qed naraw insibu wieħed li ilna madwar 11-il sena ma naraw is-sehem tiegħu fuq it-televiżjoni.

Kien parti importanti minn produzzjonijiet popolari bħal Qegħdin sew!, L-Avukat Gawdenz Bilocca, Midinbin u ħafna oħrajn. 

Dan mhu ħadd ħlief Renzo Bonello. Fuq il-paġna uffiċjali ta' Division 7 hu ingħata merħba waqt li uffiċjalment tħabbar li t-tim ser ikun qed iżid mal-lista tal-atturi lil Renzo. Ħerqana xejn biex terġgħu tarawh wara tant snin?! 

maltaproducts.com/ Qegħdin sew!/ L-Avukat Gawdenz Bilocca/ Facebook/ Renzo Bonello


Kyle Zarb