Il-paġna The Malta Records kitbet dwar rekord li hemm ċans li jinkiser ġewwa Ħad-Dingli, wara li s-sena l-oħra kien hemm l-ikbar ammont ta;' klieb li rikbu flimkien il-ferrovija tal-Milied. The Malta Records jiktbu li,
"Wieħed mir-rekords li l-aktar li qajjem interess is-sena l-oħra kien dak tal-ikbar ammont ta' dachshunds (sausage dogs) rikbin fuq ferrovija tal-Milied, b'total ta' 49 kelb u kelba. L-Għaqda Talent Dingli din is-sena se tipprova tikser dan ir-rekord spettakolari b'ammont ikbar ta' klieb ta' din ir-razza. Tgħid jirnexxielhom? Il-pubbliku inġenerali huwa mistieden iżur il-villaġġ tal-Milied ġewwa Ħad-Dingli nhar il-Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 ta' Diċembru."
Tgħid jirnexxielhom?