Il-paġna Aġġornament tat-Temp dalgħodu kitbet dak li hu mistenni fi tmiem il-ġimgħa, partikolarment għada s-Sibt u l-Ħadd wara nofsinhar.

Huma kitbu, "Ħafna jaħsbu li l-instabilità li kellna fl-aħħar jiem għaddiet hekk kif ħarsu lejn is-sema dalgħodu. Fil-fatt illum ġurnata xemxija fejn l-għola temperatura mistennija tkun 20°Ċ. Umdità 90%. Riħ forza 4 mix-Xlokk."

Iżda għalkemm it-temp donnu stabilizza ruħu huma jiktbu, "fil-verità, ser jerġa' jibda ċint ieħor ta' maltemp. Fil-fatt tard illejla r-riħ idur Lbiċ u mistenni aktar riħ qawwi u maltemp is-Sibt u l-Ħadd..."

Dawk li għandhom xi pjanijiet fuq barra aħjar jieħdu ħsieb u forsi jagħmlu pjanijiet differenti! Issa ż-żmien li t-temp jinbidel u tagħmel xi ftit xita!


Emil Calleja Bayliss