Il-viċi sindku Josette Busuttil kitbet dwar appell li qed tagħmel persuna li ser issir omm iżda l-qagħda finanzjarja tagħha hi waħda ħażina.
"Għażiża Josette Busuttil, Jien Jenny u għandi 6 xħur tqala. Ser jkolli tifla fil-ġimgħat li ġejjien, biss minnħabba problemi fil-familja, ma nistax nixtri dak kollu għat-tarbija tiegħi - Qed indur fuqek biex jekk ħemm min għandu affarijiet tat-trabi li jkun ser ineħħi u ħwejjeġ, napprezza immens"
Josette tappella biex min jixtieq jgħin lil Jenny, jekk joġħġobkom iċempel fuq 9811 2532. Hi tirringrazzja lil kull min ħa joffri l-għajnuna tiegħu.