Insellmu l-memorja ta' Dun Gorg Grima, f'għeluq is-sentejn li ħalla din id-dinja. Dun Gorg Grima kien il-fundatur tal-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu.Il-filmat jispjega b'mod ċar ix-xogħol li Dun Gorg Grima kien iwettaq, xogħol li kif jiddeskrivu fil-filmat stess li jwettqu il-qaddisin ta' dan iż-żmien għax jaħdmu sabiex fil-prattika jgħixu l-kelma tal-Mulej.
Dun Gorg Grima, daħal fis-seminarju wara l-istudju tiegħu u f'Ġunju tal-1977 laħaq saċerdot, ftit xhur wara l-ordinazzjoni, f'Settembru telaq għall-missjoni. Minn hemm baqa' jagħmel il-ġid u fl-1987 waqqaf il-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu.Il-moviment waqfu biex meta hu jiġi nieqes, il-ħidma tiegħu tkompli.
F'isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta' Dun Gorg Grima li ħadem tant għan-nies fil-bżonn u l-ħidma tiegħu għadha sal-lum il-ġurnata tħalli l-frott!
Facebook / Maria La Barokka Muscat