Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu mas-segwaċi tagħhom parti mill-istorja ta’ Brian li ġie bżonn l-għajnuna tagħhom.
Tkellmet il-mara ta’ Brian fejn qalet, “Sentejn ilu, żewġi Brian kellu jmur Sutton għal trapjant ta’ ċelluli staminali, u mingħajr tlaqliq, Angel u Rennie pprovdewlna appartament ta’ Puttinu li kien biss 7 minuti ‘l bogħod mill-isptar. Dan għamel il-vjaġġ tagħna ħafna aktar faċli, u sar id-dar komda tagħna ‘l bogħod mid-dar għal 3 xhur.”
Żiedet, “Aħna nibqgħu profondament grati u nixtiequ nirringrazzjaw lilkom kollha għad-donazzjonijiet tagħkom li għamlu dan possibbli. Fil-Ġimgħa l-Kbira, ingħaqdu magħna biex nappoġġjaw dan il-għan nobbli li jgħin tant familji li qed jiffaċċjaw sfidi simili. Id-donazzjonijiet tagħkom huma investiment fit-tul biex jiġu pprovduti akkomodazzjonijiet bla ħlas u serħan il-moħħ waqt li jirċievu kura medika.”