Il-paġna Ġmiel il-Pinna Maltija għadha kemm ippubblikat post iddedikata għall-mibki Philip Sciberras. Huma kitbu, "Sena mill-mewt ta' Philip Sciberras; pijunier tal-letteratura moderna u ġgant letterarju!"

Apparti poeta u kittieb, Sciberras kien eks imħallef, u serva bħala membru parlamentari taħt Dom Mintoff fl-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin. Il-paġna xerrdet waħda mill-poeżiji tiegħu, Kollox Għandi Lest.

Kollox għandi lest:

Bagalja ta’ wġigħ,

Passaport għajjien mingħajr uċuħ,

U portafoll ta’ solitudni

Sal-biljett li taqtgħu darba,

Bla ritorn.

Kollox għandi lest

U m’hemmx li jasal l-ajruplan.

Strieħ fis-sliem Philip Sciberras. It-tim ta' Gwida.mt isellem il-memorja tiegħu.


Kyle Zarb