Illum jiċċelebra għeluq sninu l-Membru Parlamentari Alex Borg. F'dan il-jum Alex jaqsam ħsieb qasir ta' riflessjoni. Hu jikteb, "Kienet sena mimlija tlajja' u nżul. Sena li fiha għamilt żbalji, tgħallimt, u komplejt nimxi. Sena li għamilt ħbiberiji ġodda u għint aktar nies."

Alex ikompli, "Illum nagħlaq 29 sena. Nirringrazzja lil kull min awgurali f’din il-ġurnata speċjali. Però fuq kollox grazzi lill-familja tiegħi li dejjem insibhom ta’ spalla f’dak kollu li nagħmel."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Alex l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollu jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbu u sena mimlija, saħħa, suċċess u kuntentizza. Awguri!

Facebook / Alex Borg


Emil Calleja Bayliss