Lorinda minn A Bird with a French Fry tefgħet xi ritratti ta' binha Henry fl-uniformi tal-iskola. Din is-sena hi speċjali għax ser jattendi l-iskola b'mod fiżiku u ser jiltaqa' ma' sħabu l-oħra bħal qabel.

"Sena ilu bħal daż-żmien konna isolati fir-Renju unit nistennew l-iskola tibda b'mod virtwali." Lorinda kitbet dan hekk kif qalet li sena ilu kellhom bidu ta' sena skolastika b'differenza. Din hi t-tieni darba għal Henry li ser ikun qed jibda l-iskola bħas-soltu.

Lorinda tgħid li l-Ħarifa dejjem iġġib magħha sentimenti partikolari bħal ma kienet tħoss meta kienet ċkejkna. "Dejjem ikolli s-sentiment ta' 'bidu ġdid' kemm jekk kien l-isptar, id-dar, virtwalment jew fl-iskola fiżikament, il-ħarifa dejjem tagħtini dawk is-sentimenti ta’ ‘bidu ġdid’ li kelli meta kont żgħira." 

Nawguraw minn qalbna lil Henry għas-sena skolastika li ġejja!


Kyle Zarb