Fi sforz kollaborattiv biex jitfgħu dawl fuq il-kwistjonijiet kurrenti dwar il-vjolenza domestika u l-vjolenza fuq in-nisa, l-Inizjamed u l-Għaqda tal-Malti ngħaqdu biex jorganizzaw avveniment ta' palk ħieles b'tema li żgur se tħalli impatt.

Fis-26 ta’ Novembru, 2023, f'Rosa Kwir f’Ħal Balzan, dan l-avveniment għandu l-għan li joħloq spazju għall-individwi biex jesprimu l-ħsibijiet tagħhom, jaqsmu l-esperjenzi, u jkunu parti mid-diskussjoni dwar dawn l-isfidi kritiċi fis-soċjetà.

Kull min jixtieq jieħu sehem huwa mħeġġeġ jirreġistra fil-pront billi jagħfas HAWN, għax l-ewwel 25 individwu biss se jiġu aċċettati, sabiex l-avveniment kun wieħed organizzat u ffukat. L-avveniment huwa miftuħ għal diversi forom ta’ espressjoni, inklużi qari u wirjiet, b’limitu ta’ 4 minuti għal kull parteċipant. 


Marija Bellia