Il-paġna Wildlife Rescue Team Malta qed tagħmel sejħa għal voluntiera biex ikunu parti mill-għajnuna u salvataġġ li tingħata lil tant annimali u speċi li jgħaddu minn tbatija.

L-ammont ta' każijiet qed jiżdied kull ma jmur, għaldaqstant kull għajnuna hi prezzjuża. Jeħtieġ li l-voluntiera jkunu lesti biex jiddedikaw ftit mill-ħin tagħhom kull ġimgħa.

Fost ir-rekwiżiti hemm:
- li jkollok il-karozza tiegħek
- ma tibżax mid-demm (uħud mis-salvataġġi tagħna jinvolvu annimali li joħorġilhom d-demm)

Se jiġi pprovdut taħriġ bażiku, b’aktar taħriġ prattiku ma’ voluntiera oħra ladarba tintgħażel.


Kyle Zarb