Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq The Malta Trust Foundation li bdiet illum f’nofsinhar hi ddedikata lit-tfal kollha li b’xi mod jew ieħor qiegħdin fil-bżonn tal-għajnuna tagħna!
Matul il-maratona kien hemm diversi persuni fosthom l-Arċisqof Mons Charles J Scicluna u xi Membri Parlamentari, li marru jagħtu l-għajnuna tagħhom u jappellaw biex il-poplu Malti jingħaqad u jagħti d-donazzjonijiet tiegħu lil dawk li vera għandhom bżonnhom.
Din il-maratona se tispiċċa llum f’nofsillejl u qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni!