Is-serje oriġinali bil-lingwa Spanjola ta’ Netflix La Casa De Papel (Money Heist) se tasal fi tmiemha uffiċjalment. Wara li s-serje ddebutta lura f'Mejju tal-2017, Netflix ħabbar nhar il-Ġimgħa li se tiġi fi tmiemha wara li joħroġ il-ħames u l-aħħar staġun tagħha.

Id-data tal-ħruġ tal-ħames staġun, li se jkun l-aħħar staġun, għadha ma ġietx imħabbra. Minkejja dan, wieħed jista’ jara l-ewwel erba’ staġuni ta' Money Heist fuq Netflix.

Facebook/La Casa de Papel


Nicole Barbara