Bosta qed jibku t-telfa ta’ Gordon Cilia li għadu kif ħalliena fl-età żgħira ta’ 32 sena.  Għalkemm kien jgħix il-Ħamrun, Gordon kien membru tas-Soċjetà Mużikali Sant’Antnin f’Birkirkara.

Nicole Hammett, il-kantanta f’Malta’s Got Talent, kitbet fuq il-midja soċjali: “Se terġa’ tingħaqad maz-ziju Charlie li kien iħobb jieħu ħsiebek.” Dan wara li sfortunatament zijuha ħalliena ftit tal-jiem ilu wkoll.

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi lil familja, ħbieb u qraba ta’ Gordon, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu.

Facebook/Nicole Hammett


Nicole Barbara