Illum il-preżentatur u l-personalità lokali Daniel Chircop staqsa dwar ir-regolamenti tal-Covid li qed jiġu implimentati. L-affarijiet għalih mhux qed jagħmlu sens u f’kumment fuq Facebook staqsa lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dwar il-kwistjoni.

“Allura b’dawn ir-riżultati li bir-raġun niftaħru bihom se tħalli t-tfal ta’ bejn 5 u 12-il sen Jgħmlu pcr test biex jattendu attività???? Meta jekk imorru skola, nurseries tal-football u sport ieħor, żfin, meta jmorru jixtru etc. ma jagħmlux???” huwa saqsa.

“Ma taħsbux li issa hu l-ħin li nieqfu u nħallu lil dak li jkun jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u ta’ uliedu? Min jaħseb li ma jixtieqx jieħu lil uliedu f’tali ma joħodomx imma responsabbiltà ta’ dak li jkun mhux timponu fuq in-nies. Nixtieq risposta.”

DC


Bernard Xuereb