Is-sena d-dieħla se tkun qed issir l-għaxar edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival, liema avveniment se jsir bejn l-14 u d-29 ta’ Jannar li ġej.

Dan il-festival se jsir f’postijiet bħat-Teatru Manoel, il-Palazz tal-Verdala u l-Palazz ta’ San Anton u anke f’diversi knejjes u Katidrali Maltin. B’kollox se jkun hemm 36 kunċert differenti fejn dawn se jiċċelebraw il-mużika mis-sekli 17 u 18.

“Il-Valletta Baroque Festival huwa tassew uniku għax bil-prestiġju tiegħu jattira settur turistiku partikolari fejn in-nies jivjaġġaw minn festival għall-ieħor u minkejja li jkunu żaru l-pajjiż għall-festival, jispiċċaw jissaħħru bis-sbuħija tal-istess pajjiż”, qal il-Ministru tal-Kultura Jose Herrera.

Agħfsu HAWN għal aktar informazzjoni dwar dan l-avveniment.


Henzley  Bezzina