Il-kantant Kevin Borg kiteb aħbar ħelwa fuq il-paġna tiegħu fejn żvela li l-mara tiegħu Maria se tkun ġejja miegħu l-Iżvezja fejn ukoll se jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom.
Hu spjega, “Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom nhar ta’ Ħadd mill-isbaħ. Nispera li l-jiem tagħkom ikunu mimlija mħabba, saħħa, u ferħ. Jiena vera ferħan li l-mara fantastika tiegħi Maria se tkun ġejja miegħi l-Iżvezja biex tara l-prestazzjoni tiegħi waqt l-ewwel tour ta’ kunċerti li produċejt jien stess għaliex se nkunu qed niċċelebraw l-ewwel anniversarju tagħna fl-Iżvezja wkoll.”
Nawgurawlhom żmien mill-isbaħ ġewwa l-Iżvezja! Hija opportunita’ speċjali mmens li se jkunu jistgħu jiċċelebraw l-anniversarju f’post meraviljuż barra minn xtutna!
Facebook / Kevin Borg