Fuq il-profil tiegħu ta' Twitter id-DPM U Ministru tas-Saħħa Chris Fearne għadu kif ħabbar li dalwaqt li ser ikunu qed jitħabbru xi tibdil ta' restrizzjonijiet relatati mas-safar u mal-ivjaġġar. 

Fearne ħabbar dan wara diversi laqgħat li kellu mas-Supretendent tas-Saħħa Pubbliku Prof. Charmaine Gauci. Bħalissa għaddejjin bosta polemiki fejn jidħlu l-kwarantina u kif din trid issir. Il-protokolli qed jiġu kritikati minn ħafna u jidher li dan it-tibdil jista' jkun ħa jsir għalekk ukoll. 

Aktar dettalji dwar konferenza stampa li ħa tkun qed issir għada iridu jingħataw.


Kyle Zarb