Illum jaħbat għeluq snin omm Angela Coleiro! Għalqet 82 sena u għall-okkażjoni bħal dejjem, Angela xtaqet tiddedikalha messaġġ fejn awguratilha l-isbaħ xewqat, stqarret l-imħabba tagħha lejha u xerrdet ritratti sbieħ mimlijin memorji.

"Se nipproteġik għal dejjem... Inħobbok illum u għal dejjem", kienu fost il-kliem sabiħ li kitbet Angela għal ommha Pearl. F'din il-ġurnata b'mod speċjali Angela tħobb li toħroġha lil ommha biex tgawdi u tiċċelebra din il-ġurnata. Minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, din is-sena ma setgħux jagħmlu kollox l-istess bħas-snin ta' qabel, iżda Angela tgħid li, "l-aqwa li konna kollha flimkien". 

Aktar kmieni xerrdet anke filmat ħelu li jeħodna lura sena ilu, fejn ommha mid-dehra brimba żgħira ddeċidiet li tiġi ddejjaqha! Awguri mill-qalb għażiża Pearl, u tassew nammirawk Angela għall-imħabba vera li dejjem turi bil-fatti lill-omm!


Kyle Zarb