Maria Muscat, magħrufa bħala La Barokka, ħabbret li ser tkun qed tipproduċi u tippreżenta programm ġdid wara s-suċċess li kellu l-programm UMANI, li kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar erba’ snin.

Dan il-programm se jkun jismu ‘Kuxjenża’ u se jkun qed jintwera fuq TVM News Plus, l-istazzjon ġdid li se nkunu nistgħu nsegwuh mill-iskeda li jmiss tat-televixin. ‘Kuxjenza’ se jkun programm ta’ diskussjoni b’temi umani u soċjali. Dan se jkun qed jintwera minn Ottubru li ġej.

Nawguraw lil Maria kull suċċess għal dan il-programm.

Facebook / Maria La Barokka Muscat


Henzley  Bezzina