Fr. Joe Borg jaqsam ritratt tiegħu f'karozza tat-tlielaq u magħha jikteb, "Se nibda ntellaq." Aħna nimmaġinaw li qed jiċċajta iżda la ġieh iċ-ċans li jirkeb f'waħda minn dawn il-karozzi tat-tlielaq bla ma trid donnha tiġik il-ħajra.
Fr. Joe Borg jikteb, "Fil-karozza tat-tlielaq ta' Tyson Vella. Hu u missieru jagħmlu meravilja mill-karrozzi li jaħdmu fuqhom fil-garage tagħhom fi Triq Bwieraq. Tieħu gost tara kemm għandna talenti kbar fil-parroċċa tagħna."
Hu jtemm jgħid, "Tyson tiela' jtellaq fi Sqallija. Nawguralu kull suċċess."
Facebook / Joe Borg