Matul is-snin il-films Maltin ittrattaw diversi suġġetti mill-kriminalità sal-migrazzjoni, iżda l-ewwel thriller politiku Malti se jkun fiċ-ċinema Maltin nhar il-Ġimgħa, 6 ta' Awwissu b'mod esklussiv

Adattat mir-rumanz rebbieħ tal-premju ta' Alex Vella Gera, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi tad-direttur / produttur Martin Bonnici flimkien ma' tim ta' atturi Maltin magħrufa bħal Joseph Zammit, Chris Galea, Gianni Selvaggi, Erica Muscat, Paul Portelli, Tina Rizzo , Joe Azzopardi u ħafna oħrajn, biex jinseġ storja tal-waħx dwar ir-relazzjoni bejn il-politika u l-familja f’Malta.

Waqt Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi naraw lil Noel Sammut Petri (Chris Galea) li ħajtu bħala traduttur fi Brussell tispiċċa meta jirritorna Malta għall-funeral ta' ommu (Tina Rizzo). Waqt li kien f’Malta, konnessjonijiet qodma mal-familja Tabone (Erica Muscat, Joseph Zammit, Joe Azzopardi u Theresa Gauci) jerġgħu jqajmu mistoqsijiet dwar l-għajbien ta' missieru (Gianni Selvaggi) lura fl-1984. Il-film jurina wkoll l-istorja ta' Richard Sammut Petri (Gianni Selvaggi), li turi kif raġel u missier ġew korrotti minn grupp ta’ aġitaturi (Joseph Zammit, Paul Portelli) taħt l-art, li jikkonvinċuh biex imexxi attentat ta' qtil fuq il-Prim Ministru ta’ Malta dak iż-żmien, Dom Mintoff.

Ta' min isemmi li l-film beda bil-produzzjoni f’Awwissu 2020. B'hekk huwa l-ewwel film li nġibed f’Malta mill-bidu tal-pandemija Covid-19, u l-ewwel produzzjoni f’Malta li osservat ir-regolamenti ta' distanza soċjali. Iffinanzjat minn National Book Council’s Film Adaptation Fund, il-film kien prodott minn Shadeena Entertainment (MT) u Splash Screen Entertainment (CY). Wara 24 jum ta' produzzjoni f’Malta, il-film ġie editjat f’Malta mill-editur tal-films Taljan Fabrizio Gammardella, b’aktar postproduzzjoni ġewwa Franza u Ċipru.

Il-film jinkludi wkoll mużika minn numru ta' mużiċisti u baned Maltin, inklużi Owen Jay, Fuzzhoneys u Hunter’s Palace. Ara aktar f'dan il-filmat t'hawn taħt.


Gwida.mt