Bħalissa għaddejin ħafna rehearsals minn żeffiena bravissimi minħabba li mill-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru sat-tnejn ta’ Novembru se jsir att teatrali biex jiġi onorat il-Professur Oliver Friggieri, li miet fil-21 ta’ Novembru tal-2020.

Dan l-att se jkun qed jiġi mtella’ minn Concept of Movement, flimkien ma’ Jamie Cardona u Claire Tonna, fit-Teatru Manoel. Fuq il-paġna Teatru Malta tela’ filmat fejn juri biċċiet mir-rehearsals u x-xogħol kbir li qed isir minn dawn l-artisti.

Wieħed jista’ jibbukja biex jattendi dan l-avveniment billi jagħfas HAWN.


Henzley  Bezzina