Il-paġna tal-assoċċjazzjoni Nepali Malta kitbet paragrafu emozzjonali dwar it-telf ta’ tfajla li tilfet ħajjitha f’inċident tat-triq.
Huma kitbu, “Seħħ incident tal-biki fil-komunità Nepaliża li qed tgħix Malta. Gauri Kumari Baral... ġiet Malta biex issib xogħol f’Diċembru 2022. Hi kienet weġgħet gravi f’aċċident tat-triq fil-5 ta’ Jannar u ġiet trattata l-ITU tal-isptar Mater Dei. Fl-4:36 ta’ dalgħodu, it-tobba ddikkjarawha mejta. Dan l-inċident traġiku xxukkja l-komunità Nepaliża kollha li qed tgħix f’Malta u Għawdex. Dan it-telf irreparabbli kkawża uġigħ kbir lill-familja u ħbieb ta’ din it-tfajla. Nitolbu biex ruħha tistrieħ fil-paċi, kondoljanzi mill-qalb mill-NRNA NCC Malta biex tagħti l-kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli.”
Inżommu lil din il-komunità fit-talb tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli.
Facebook / NRNA NCC MALTA