L-avvenimenti prinċipali ta' Science in the City ħa jkunu qed isiru fid-29 u 30 ta' Settembru. Wieħed jista' jsib ħafna u ħafna avvenimenti għaddejjin fuq dawn il-jumejn. Wieħed jista' jidħol fuq Facebook sabiex jara eżattament x'ħa jkun qed jiġri!

Street Festival

12-il żona fejn kull żona ħa ssibu diversi attivitajiet relatati max-Xjenza. 

  • L-ewwel u t-tieni żona attivitajiet relatati mal-ġisem u s-saħħa.
  • It-tielet u r-raba' żona attivitajiet relatati mal-ambjent tagħna.
  • Il-ħames u s-sitt żona dedikata lix-Xjenza Live fejn wieħed jista' jara diversi esperimenti jseħħu quddiem għajnejh.
  • Is-seba' żona ħa tkun dedikata għall-astronomija
  • It-tmien żona hija dedikata għall-arti u l-komunità bix-xjenza live.
  • Id-disa' żona hija dedikata għall-imħuħ u l-forensika
  • L-għaxar żona hija dedikata għal VR u t-Teknoloġija
  • Il-ħdax-il żona il-Pjazza tat-Tritoni
  • It-tnax-il żona il-Ġnien tal-Argotti - Astronomija.

Wirjiet Fl-Istitut Kattoliku 

Sala Gonzi

  • What We Wear
  • MythoXjenza
  • Brilliant Blood
  • SciAntific

Sala San Pawl

  • Prader-Willi Superheroes
  • Murder in the City
  • MythoXjenza

Sala San Ġorġ Preca

  • What We Wear
  • Zoology of Cartoons
  • Changemaker Spotlight
  • Taboo MT
  • BetaPsi : Musical Minds
  • Comic Book Science
  • Music Room - Kids Dig Science u Ġina u l-Esploraturi

Wirjiet fis-Sala San Dominku 

  • Vuċijiet Beltin - inħolqot produzzjoni artistika, riżultat tal-kollaborazzjoni ta’ artisti lokali u wħud mill-komunitajiet lokali mill-Belt Valletta, billi naħsbu mill-ġdid ir-relazzjoni bejn is-suġġett u l-oġġett, li hija l-komunità lokali, li l-vuċi tagħha spiss tiġi injorata. 

Workshops Fl-Istitut Kattoliku

  • Psychological First-Aid (PFA) Workshop
  • Mytho Xjenza Workshop
  • What We Wear Workshop 
  • Comic Book Science
  • The Zoology of Cartoons
  • Murder in the City

Il-Festival Prinċipali 

Science in the City jirritorna! Qed inkomplu nibnu pontijiet bejn ir-riċerkaturi, l-artisti u l-komunità. L-edizzjoni ta’ din is-sena ta' Science in the City, 2023- Changemakers tiffoka fuq l-użu tal-għarfien u l-kreattività bbażati fuq ir-riċerka biex issolvi l-isfidi politiċi, soċjali, ambjentali u tekniċi li niffaċċjaw!

Lestu għal ħafna logħob, esperjenzi tar-realtà virtwali, robots, arti tat-triq ispirata mill-iskart spazjali, u ħafna aktar! Dan il-Festival huwa parti mil-Lejl tar-Riċerkaturi Ewropej li jsir fl-istess lejl f’aktar minn 300 belt madwar l-Ewropa u għandu l-għan li jippromwovi r-riċerka Ewropea u jrawwem kollaborazzjoni internazzjonali. Science in the City huwa Festival tax-Xjenza u l-Arti ġenerali li jinkludi Festival tat-Triq u elementi tal-Festival tal-Prestazzjoni!

Tajjeb li ngħidu li l-festival tat-triq huwa wieħed interattiv fejn l-udjenza tista' tieħu sehem fl-esperimenti. Esperimenti viżivi mmens u wkoll hands on. F'dan il-festival ħa tispikka l-kollaborazzjoni bejn xjentisti u l-artisti flimkien mal-komunità. Il-workshops ħa jgħinu biex wieħed jitgħallem kif tagħmel l-arti bix-xjenza.

In-nies se tingħata informazzjoni dwar l-aħħar teknoloġija xjentifika u permezz ta' dan il-festival diversi nies ħa jingħaqdu flimkien irrilevanti jekk humiex fil-qasam tax-xjenza jew le. Il-programmi se jkunu xalata għas-sensi fejn kulħadd ser ikun rappreżentat.

Tajjeb li ngħidulkom li l-avvenimenti msemmija hawn fuq huma kollha bla ħlas iżda wieħed għandu bżonn jidħol jibbukkja għal dawn l-avveniment billi jidħol HAWN! Min irid jara l-programm dettaljat jidħol HAWN.


Emil Calleja Bayliss