Qed jiġi rrapurtat li s-sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher issa huwa konxju ta’ x’qed jiġri madwaru, wara li għadda minn terapija ta’ ċelloli staminali.

Schumacher ġie trasferit għall-isptar Georges-Pompidou ġewwa Pariġi nhar it-Tnejn li għadda.

Is-sewwieq korra f’moħħu mhux waqt li kien qed jikkompeti f’tellieqa tal-karozzi, iżda waqt li kien qiegħed fuq is-silġ waqt btala lura fl-2013, fejn ħabat il-parti tal-lemin ta' rasu ma’ ġebla u kisser l-elmu protettiv li kien liebes.

Minn Settembru tal-2014 sal-llum, Schumacher kien qed jiġi trattat fid-dar tiegħu ġewwa l-iŻvizzera.

Schumacher jibqa' l-aktar sewwieq tax-xorta tiegħu li għamel suċċess, b'rekord ta' 91 rebħa Grand Prix. L-akbar rebħiet tiegħu jibqgħu il-5 wara xulxin li rnexxielu jikseb mal-Ferrari bejn is-sena 2000 u l-2004.


Luke Borg