Sarah Zerafa, magħrufa wkoll bħala Sosa għadha kif ħabbret li laħqet il-mitejn elf follower fuq Instagram. Dan żgur li hu suċċess enormi għall-influencer u mudella Maltija li żżomm aġornat il-profil tagħha ta' Instagram b'ritratt varjat kuljum.

View this post on Instagram

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa) on

Ritratti li jieħdu ħafna xogħol u mhux l-ewwel darba jew tnejn li wriet ukoll l-istadji varji li għaddiet minnhom biex ħadet xi ritratt partikolari. Jidher li hija l-ewwel Maltija, fil-qasam tagħha li waslet għal dan in-numru inkredibbli.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Sarah Zerafa aktar u aktar suċċessi fil-karriera tagħha. Jidher biċ-ċar li qed tpoġġi isem Malta fuq il-mappa u hi waħda mill-pijunieri ta' kif tħaddem il-midja soċjali. Prosit ta' dan is-suċċess Sarah.

Instagram / Sarah Zerafa


Emil Calleja Bayliss