L-influencer Sarah Zerafa għadha kif kienet fuq btala ġewwa Milan u l-ikel tat-Taljani dejjem jinżel għasel mal-Maltin. Persuna fuq il-profil ta' instagram tagħha ħallitilha kumment isaqsi jekk tinsabx tqila? Sarah tistqarr li ma tħobbx taqsam kummenti negattivi fuq il-midja soċjali tagħha għax temmen li għandu jkun ta' spazju għal pożittività.

Ritratt: Instagram / Sarah Zerafa

Ħasset il-ħtieġa tixxerja dan il-kumment partikolari għax temmen li kelma inqas aħjar minn kelma żejda. Wieħed għandu verament jaħseb qabel iħalli kumment bħal dak! Tistqarr li llum il-ġurnata hi b'saħħtiha biżżejjed sabiex tinnjorah. Hi wieġbet għal kumment bl-iktar mod onest, "X'nista' ngħid l-ispagetti u l-pizza ġo Milan kienu tajbin wisq."

Ritratt: Instagram / Sarah Zerafa

Imma tammetti li kieku għadha ta' 15/16-il sena, l-affarijiet kienu jkunu ferm differenti. Tgħid: "probabbli kont inkun quddiem mera nibki u ngħid li ma rrid nikol qatt aktar." Hi tgħaddi messaġġ lil dawk kollha li jsegwuha li fl-aħħar mill-aħħar in-nies dejjem ħa jkollhom xi ħaġa xi jgħidu, int min int, tagħmel x'tagħmel.

Ritratt: Instagram / Sarah Zerafa

Tagħlaq b'messaġġ ħelu u ta' min joqgħod fuqu: "ftakar biex tħobb lilek innifsek għax din hi xi ħaġa li jien domt snin biex tgħallimt." Prosit Sarah tal-messaġġ sabiħ li għaddejt! Dejjem għandna nxerrdu l-pożittività u mhux in-negattività.

Instagram / Sarah Zerafa


Emil Calleja Bayliss