Il-festi Maltin huma magħrufa għad-dekorazzjonijiet tat-toroq, il-purċissjonijiet reliġjużi, marċi tal-baned u l-bejgħ tal-ikel fit-toroq. U hekk jiġri fil-każ tal-15 t’Awissu, għall-iżjed festa maħbuba mill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Prinċiparjament, din il-festa tfakkar l-assunzjoni tal-Madonna fil-Ġenna.

View this post on Instagram

A post shared by annlmauds (@annlmauds) on

Il-festa ta’ Santa Marija timmarka l-quċċata tal-istaġun tas-Sajf. Filwaqt li xi wħud jiċċelebraw il-festa tradizzjonali tar-raħal tagħhom b'ammonti kbar ta’ ikel u mużika, oħrajn sempliċement jieħdu vantaġġ mill-vaganza pubblika biex jieħdu ftit ħin barra mix-xogħol. Fil-fatt, ħafna Maltin ħafna drabi jieħdu ġurnata jew tnejn oħra barra u jmorru Għawdex biex jibbenefikaw mill-weekend twil.

View this post on Instagram

A post shared by Maria Said (@maria_d_said) on

Kieku kienet sena normali mingħajr pandemija, bħalissa seba’ lokalitajiet ikunu diġà bdew jiċċelebraw il-Festa ta’ Santa Marija bħala l-festa annwali tal-villaġġ tagħhom. Dawn il-villaġġi huma l-Imqabba, il-Qrendi, il-Mosta, Ħ’Attard, il-Gudja, Ħal Għaxaq u r-Rabat t’Għawdex. Sfortunatament, din is-sena l-COVID-19 kellha pjanijiet oħra.

MaltaPanorama.com


Nicole Barbara