“Ma kinitx deċiżjoni faċli...qatt ma mmaġinajt li nista’ ngħix mingħajrek. It-tort huwa kollu tiegħek!” Dan kien kliem Sander f’messaġġ li għadda għall-imħabba ta’ ħajtu; Il-plastik.
Hekk kif Malta qed tipprepara biex taqta’ għal kollox l-użu tal-plastik sa fl-inqas oġġett materjali li nużaw, Sander flimkien ma’ Daniel jitkellmu u jaffaċċjaw wiċċ imbwiċċ lill-plastik.
Sander isostni li l-plastik mhux iħallieh bi kwietu u jsibu kullimkien, ma’ kull fejn idawwar wiċċu bil-konsegwenza li d-diżastru li qed joħloq huwa irreparabbli tant li kulħadd jgħid fuq dan il-famuż plastik.
Issa għandu lil xi ħadd ieħor, li lilu jixtieqlu l-ġid; użu alternattiv li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Daniel pront jaqbel miegħu fejn isostni li l-plastik ħsara biss qed jagħmel.
Int tifilħu l-plastik? Qed idejqek ukoll? X’int tistenna...Eħles minnu qabel jirkeb lilek ukoll!!!
Ritratt: Ambjent/Facebook