Hekk kif ħafna persuni qed jiċċelebraw Jum San Valentinu, il-Ministru Owen Bonnici ma naqasx milli jagħti l-awgurju tiegħu wkoll.

Huwa qal li din il-ġurnata tfakkarna li l-imħabba għandha tkun hemm is-sena kollha u f’kull ma nagħmlu fil-ħajja tagħna. Owen sellem ukoll lil l-anzjani u anke lil dawk li sfortunatament tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom.

Ma naqasx milli fl-aħħar irringrazzja u ta l-awgurju tiegħu ta' Jum San Valentinu lil maħbuba tiegħu Remenda. “Taħt il-qoxra ta' mara determinata, tal-karriera, iffukata u li ma tibża' mill-ebda sfida, hemm qalb tad-deheb, ratba manna u li taf tħobb.”


Henzley  Bezzina