Ħafna jafuh bħala attur, filwaqt li oħrajn jafuh bħala preżentatur. Salvu Mallia żgur li mhux ġdid fil-midja lokali. Hu twieled lura għas-sena 1952 u b'hekk illum għalaq 69 sena! Salvu jidher li rawwem l-imħabba tiegħu għad-dinja televiżiva f'uliedu Abigail u Jon, li wkoll rajniehom f'diversi proġetti fuq it-televiżjoni.
Lil Salvu rajnieh jippreżenta Madwarna dan l-aħħar u s-sajf li għadda rajnieh f'Sajf ma' Salvu. Fis-sensiela popolari L-Ispettur, Salvu interpretata l-karattru li kien tah ħajja oriġinarjament fuq il-palk. It-talenti tiegħu flimkien mal-imħabba lejn l-arti dejjem wassluh biex ikun maħbub mat-telespettaturi.
Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Salvu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu. Nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ u sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu!
Facebook / Salvu Mallia