It-temp jidher li fl-aħħar jiem baqa' pjuttost sħun, u għalkemm hawn min qed iħoss inqas sħana, oħrajn qed ibatu bil-fwawar! Fil-fatt sal-lum it-temperatura kienet għolja daqs 31°C waqt li nħasset f'diversi ħinijiet sħuna daqs 34°C. Għada ma tantx ħa jkun hemm tibdil!

Fil-fatt it-temp għal għada skont il-paġna Malta Weather ser ikun bnazzi, b'xi mumenti jissaħħab. Is-sħab se jkun għoli u jiżdied mal-ħin. Ser ikollna riħ mill-Punent Lbiċ forza 2 għal 3 li jsir varjabbli. L-inqas temperatura għal għadah hi ta' 22°C mentri l-ogħla titla' sa 30°C.

Tgħid kemm ħa tinħass għada t-temperatura? Tixtiequ xi ħalba xita?


Kyle Zarb