Ftit ilu, fuq il-programm America’s Got Talent ħadet sehem kantanta Amerikana magħrufa bħala Nightbirde.

Waqt li l-intervista tagħha qalet li minħabba l-ġlieda kontra l-kanċer kiennet ilha snin mingħajr xogħol. Żvelat ukoll li ċ-ċans tagħha li ssalva huwa ta’ 2%. Wara l-prestazzjoni tagħha ingħatat il-golden buzzer mingħand Simon Cowell.

Fuq il-paġna tagħha Nightbirde kitbet li kien unur għaliha li qasmet l-istorja tagħha fuq America’s Got Talent, imma kitbet li minn dakinhar tal-audition saħħitha marret għall-agħar u l-ġlieda kontra l-kanċer kienet qed titlob l-enerġija u l-attenzjoni kollha tagħha. Hija rringrazzjat lil kull min issapportjaha u qalet li għalkemm tinsab batuta xorta waħda għandha l-ħolm li tixtieq twettaq.


Henzley  Bezzina