The People of Malta hija paġna fuq Facebook li tlaqqagħna ma’ bosta Maltin u Għawdxin madwar il-gżejjer tagħna u ssaqsihom dwar il-ħajja tagħhom.
Illum il-paġna tlaqqagħna ma’ Ġorġ, raġel li għalaq 101 sena iżda għandu bieżel u filfatt sa ftit tal-ġimgħat qabel iltaqgħet miegħu l-paġna, kien għadu jagħmel il-purtieri tal-qasab.
Hu spjega, “Fl-10 t’Awwissu għalaqt 101 sena. Iżżewwiġt meta kelli 42 sena u kelli 5 ibniet. Sa ftit tal-ġimgħat ilu kont għadni nagħmel il-purtieri tal-qasab. Waqaft minħabba li weġġajt saqajja.”
Hu kompla, “Il-ġurnata hawn inqattagħha. Niekol u nistrieħ għal nofsinhar u mbagħad nerġa niġi fil-kamra. Is-sengħa tgħallimtha waħdi. Bdejt meta oħt il-mara kienet qaltli biex nagħmlilha purtiera u mbagħad bdew ġejjin l-ordnijiet.”
The People of Malta kitbu li Ġorġ m’għadux magħna iżda qed niftakru fl-istorja tiegħu għaliex bħalissa qegħdin iġeddu l-istejjer tal-Maltin u l-Għawdxin li m’għadhomx magħna bil-għan li l-legat u l-memorji tagħhom jibqgħu mfakkra.
Facebook / The People of Malta