Alfred Zammit kiteb fuq il-paġna tiegħu biex jawgura lil grupp żgħażagħ li kienu xempju tal-fatt li żgħażagħ b’qalb kbira għadhom jeżistu.

Hu kiteb, “Karim minn Bormla f’eta zagħżugħa, fl-aqwa tagħha u kienet ħasda għal kull min kien jafu, b’mod speċjali sħabu li trabba magħhom. Karim li għadda minn tbatija f’ħajtu fosthom tilef iż-żewg ġenituri, kien jixraqlu funeral sabiħ. Sħabu ħadu inizzjattiva u ġabru l-flus bejniethom biex jitħallsu l-ispejjeż kollha li kien hemm bżonn. X’GEST nisrani kbir għamiltu! Din hi l-imħabba veru fil-mument tal-prova! Grazzi u prosit għax tajtu eżempju KBIR li ż-żgħażagħ tal-lum mhux veru bla qalb iżda jafu jħobbu! Zgur li l-Mulej Ġesu jibqa’ jiftakar f’dan il-ġest li għamiltu u tagħha ser jaghtikhom barkiet kbar.”

Nagħtu prosit kbira lil dawn iż-żgħażagħ li vera urew x’tip ta’ ħbieb kienu, u fl-istess ħin noffrulhom il-kondoljanzi tagħna f’dan iż-żmien kiefer.

Facebook / Alfred Zammit u Yasmine Singer Grima


Gabriella Borg