Ġie rrappurtat fuq is-sit Times of Malta li l-linja tal-ajru, Ryanair, żiedet vjaġġi minn Malta lejn Ruma Fiumicino, Katowice u Paris Beauvais fl-iskeda tax-xitwa tagħha, li tibda dan ix-xahar.
Fl-iskeda tas-sajf kien hemm vjaġġi lejn Fiumicino. Il-Kap Eżekuttiv Michael O’Leary qal f’konferenza stampa li se jiżdiedu wkoll titjiriet ma’ 19-il rotta eżistenti minn Malta, inklużi Ateni, Katanja, Edinburgh u Żagreb.
Bi ħsiebek tippjana xi vjaġġ lejn wieħed minn dawn il-postijiet?
Facebook/ Ryanair