Il-paġna ta' Miss Malta għadha kemm xerrdet aħbar interessanti u li dawk kollha li jsegwu l-vjaġġ tagħhom, żgur li ħadu gost biha. Fil-fatt tħabbar min ser ikun qed jippreżenta l-ispettakli kollha ta' Miss Malta f'Jannar li ġej, u dawn m'huma ħadd ħlief il-preżentaturi maħbuba Ryan u Josmar!

"Il-preparazzjoni għall-Ġimgħa Finali għaddejja ġmielha! Id-duo mill-aqwa Ryan u Josmar se jkunu qed jippreżentaw it-tliet spettakli kollha - Final Night 1, Final Night 2 u l-Gran Finali. Se tkun qed tingħaqad magħna fl-udjenza?"

Ħafna rreaġixxew għal dan u mid-dehra li bla dubju l-maġġoranza qablu ma' din l-għażla. Awguri Ryan u Josmar!


Kyle Zarb