Kulħadd jaf kemm Ryan u Josmar għandhom għal qalbhom il-kelb tagħhom Rocco, aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' Ryan dwar Rocco u jidher li dan il-kelb li qed jisraq qalb ħafna u ħafna telespettaturi mhux l-ewwel darba li għamel xi bawxata minn tiegħu!

Ryan jirrakonta magħna li probabbli l-ikbar waħda kienet meta Rocco sab il-bieb miftuħ meta kien ġol-istudjo, tela' t-taraġ u ħareġ barra fil-bypass! Ryan jistqarr magħna, "hemmhekk ma nafx kif ma waqftix qalbi!

Għalkemm lil Rocco, Ryan iħobbu b'imħabba għamja llum il-ġurnata jistqarr li, "minħabba l-ħajja mgħaġġla tagħna, li jkolli pet kienet out of the question. Apparti minn hekk l-indafa hija xi ħaġa li nibża' minnha meta jkollok pet. Imma meta rajtu ma stajtx ngħid le. Illum laqnas nimmagina ħajti mingħajru."

Nafu li Rocco ftit taż-żmien ilu ċċelebra għeluq sninu. Ryan qalilna li waqt Sibtek għamlu party ħelu mal-krew u Rocco kien liebes għall-okkażjoni, għax żanżan ċoff kulur id-deheb!

Matthew Camilleri - iCam Studios


Emil Calleja Bayliss