Rowen huwa plejer Malti li jilgħab mat-tim ta’ Valletta bħala midfielder. Imma Rowen lil’hinn mill-futbol għandu ħajja vera interessanti! Kien accountant, kellu ħanut u jikkowċja tim Malti mimli personalitajiet u s-sajf iħobb iqattgħu mal-ġirien jiżfen fil-karozza! Ara x’qalilna fl-intervista!

Meta kont żgħir bdejt tennis, kont timmaġinak bħala plejer tat-tennis? Ġieli lgħabt?

Meta kont żgħir, apparti l-futbol familti introduċitni fil-basketball, t-tennis u l-atletika. Ta’ xi disa’ snin, kelli nagħżel u għażilt il-football minkejja li dawn l-isports għenuni ħafna fiżikament. Għadni sal-ġurnata tal-lum immur nilgħab t-tennis ma’ familti.

View this post on Instagram

A post shared by Rowen Muscat (@rowen024) on

Lura meta kellek 20 kont accountant. Kien importanti għalik li studjajt hemm?

Għamilt sena accountant. F’dik is-sena indunajt li żgur mhix triqti peress li x-xogħol jikkonsisti ħafna ħin bilqieda u jikkonsisti ħafna xogħol l-istess. Jien persuna li nħobb niltaqa’ man-nies u ndurr barra. Filfatt kont bdejt full-time imbagħad qlibt part-time fejn minn hemm waqaft.

Kellek ukoll ħanut? X’kien u x’kont tbiegħ?

Kelli kafeteria ġewwa n-Naxxar li l-ispeċjalità kienet il-kafé u l-pancakes li konna nagħmlu. Iżda meta tlajt nilgħab l-Italja kelli nneħiħ, peress li kienet impossibli biex inżomm il-ħanut u nilgħab l-Italja fl-istess ħin.

View this post on Instagram

A post shared by Rowen Muscat (@rowen024) on

Ma’ Peter Busuttil iżżur ħafna skejjel u tiltaqa’ ma’ ħafna studenti. X'tgġidilna dwar dan?

Aħna l-aktar li nżuru huma t-tfal bi bżonnijiet speċjali. Dawn noħduwhom tours fl-Istadium Nazzjonali, kif ukoll nattendu aħna personali fl-iskejjel tagħhom. Kull esperjenza li tiltaqa’ magħha fil-ħajja hija sabiħa u ta’ tagħlima, iżda apparti li titgħallem meta tmur ġol-iskejjel tkun qed tqatta’ l-ħin tiegħek billi tgħin u tferraħ lil min hu fil-bżonn.

Inti tikkowċja Tim MT. Kif beda dan il-grupp?

Dan il-grupp beda bl-idea ta’ Peter Busuttil, billi għaqqad ħafna personalitajiet Maltin f’tim wieħed, b’għan li ngħinu lil min hu fil-bżonn, billi niġbru fondi għall-għaqdiet differenti. F’dan it-tim hemm; Joven ‘Tenishia’, Klinsmann Coleiro, Keith Demicoli, Fabian Demicoli, Luke Dalli, Ganni Agius, Frank Zammit u Kevin Paul fost l-oħrajn.

Għinna ħafna għaqdiet differneti bħal; Puttinu Cares, Bjorn ALS Foundation, Arka Foundation, Jadens u morna nżuru lill-ħabsin ukol!

View this post on Instagram

A post shared by Rowen Muscat (@rowen024) on

Wara li nżilt mill-Italja, biddilt il-lifestyle tiegħek ħabba l-football. Naqqast il-ħbieb u biddilt l-ikel. Għaliex?

Tista’ tgħid meta tlajt l-Italja, sirt naf x’inhi l-vera mentalità ta’ futbol professjonali. B’hekk meta nżilt lura żammejt ma’ dik il-mentalità u bis-saħħa t’hekk bqajt nimpruvja u nġib suċċessi fil-karriera tiegħi.

X’kien l-akbar suċċess fil-karriera tiegħek?

Meta f’Marzu ta’ 2015, Malta lgħabna ġewwa Firenze, fil-grownd ta’ Fiorentina, kontra l-Italja u tlifna 1-0 u rnexxieli nikseb it-titlu ta’ Plejer tal-logħba fejn konna lgħabna kontra plajers bhal Pirlo, Verratti, Bonnuci, Chielini, Candreva etċ...

View this post on Instagram

A post shared by Rowen Muscat (@rowen024) on

Tinsab fl-aqwa 20 futboler ta’ Malta. X’jagħmek futboler tajjeb?

Naħseb li jien plejer versatili, aggressiv u b’stamina tajba li għenitni ħafna.

Kuntent li tilgħab mal-Belt?

Iva, mal-Belt, qiegħed kuntent ħafna għax il-plejers, il-kumitat u s-sapporters għamluhieli faċli ħafna biex nidħol fit-tim u nkun wieħed mill-aktar plejers fundamentali.

View this post on Instagram

A post shared by Rowen Muscat (@rowen024) on

Narawk tagħmel ħafna korjografiji mat-tfal tal-ġirien tiegħek u vera jkunu tajbin, fis-sajf għaddejt ħafna ħin magħhom. Għaliex tagħmilha? Min jivvinta l-mossi?

Il-ġirien tiegħi huma Kaycee Micallef u Aliah Micallef li jiġu kuġini ta’ xulxin. Inqattgħu erba’ xhur tas-sajf flimkien u b’hekk ikollna ħafna ħin biex naħdmu fuq korjografiji u ċajt biex inferrħu n-nies.

Clint Gerard Attard


Emil Calleja Bayliss