Minn nhar il-Ġimgħa 2 ta' Ottubru fid-21:00, Ronald Briffa jibda l-avventura tiegħu permezz tal-programm Serataron. Ħafna huma dawk li jinsabu kurjużi sabiex ikunu jafu l-format ta' dan il-programm u x'għandna nistennew mill-programm li ħa jkun qed jieħu post il-programm popolari Xarabank.

It-tim wara Serataron nieda l-paġna ta' Facebook tiegħu fejn wieħed jista' jsib żewġ ritratti ta' Ron jikkumiedja u deskrizzjoni qasira fuq il-programm. "Spettaklu għat-televiżjoni Maltija b'd-divertiment u varjetà immexxi minn Ronald Briffa. Wieħed jista' jagħfas like fuq din il-paġna li fil-jiem li ġejjin wieħed jistenna aktar u aktar informazzjoni.

Facebook / Serataron


Emil Calleja Bayliss