Il-preżentatur popolari tat-televiżjoni Ron Briffa ser jirritorna fuq TVM bi programm ġdid bl-isem ta’ Ron De Vu li ser ikun qed jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6:15 ta’ filgħaxija.  Hu ser ikun qed jippreżenta dan il-programm flimkien ma’ Jacqui Losco. 

Ron De Vu ser jibda jixxandar malli tibda l-iskeda l-ġdida tax-xandir f’Ottubru.  It-telespettaturi jistgħu jistennew divertiment, inklużi sfidi, logħob, intervisti divertenti ma’ personalitajiet, parodiji tal-mużika u satira. 

Ser jinkludi wkoll aspetti mill-programm preċedenti ta’ Ron, Serataron, fosthom iċ-cajt vojt tal-Kram u l-Makjetti tad-Delli, kif ukoll il-band residenti. 

Ser issegwih?


Marija Bellia