F’pajjiżna għandna ħafna qtates li sfortunatament qegħdin fit-toroq, u jserrhu fuq il-bnedmin biex jipprovdulhom l-ikel. Romina Sheperd hija waħda min-nies li volontarjament jieħdu ħsieb il-qtates f’Raħal Ġdid u l-inħawi.

“L-unika ħaġa li tiddistingwi annimal minn bniedem hija r-raġuni. L-imħabba li persuna tirċievi mingħand l-annimali hi ċertament imħabba ġenwina u bla kundizzjonijiet. Minn qalbi nixtieq ngħid grazzi lir-Romina u lill-voluntiera kollha tax-xogħol siewi li qed jagħmlu ta' kuljum. Nħeġġeġ lil kulħadd biex min jixtieq jgħin lir-Romina, b'donazzjoni jew biex jaddotta xi qattus  in-numru tagħha huwa +356 79292250” kitbet Katya, flimkien ma’ ritratt ta’ Romina mal-qtates tagħha.


Nicole Zammit