Bħalma tafu, Rodney Gauci huwa wieħed mill-atturi tant maħbubin li għandna f’pajjiżna. Iżda kontu tafu li matul dawn l-aħħar snin Rodney kien qed jistudja l-Università ta’ Malta?
Hu ħabbar li għadu kif lesta l-kors tal-Masters fil-Film Studies u li din is-sena se jigradwa mill-Università!
Bħala parti mill-kors tiegħu, Rodney kellu jipproduċi film qasir biex juri x’tgħallem waqt l-istudji tiegħu. Hu rringrazja lil Gloria Lauri-Lucente talli kienet it-tutor tiegħu u għenitu waqt il-proġett tal-film li ħoloq.
Rodney irringrazzja wkoll lil Dr. Fabrizio Fonti u l-Professur Saviour Catania tal-għerf li qasmu miegħu waqt li kien student. Nawgurawlek Rodney!
Facebook/Rodney Gauci