Nhar is-Sibt li ġej f'Ta' Qali se tittella' edizzjoni oħra tal-kunċert Rockestra, b'uħud mill-aqwa talent lokali jingħaqdu mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta' Maestro Sigmund Mifsud.

Aħna ta' Gwida.mt morna daqxejn lura fiż-żmien u sibna xi ritratti ta' erbgħa mill-kantanti li se jieħdu sehem f'din l-edizzjoni. Ħa naraw tagħrfuhomx!

L-ewwel tifla żgħira gustuża mhi ħadd ħlief:

Amber

Facebook / Amber

Ir-rebbieħa tal-Malta Eurovision Festival 2015 - Amber:

Amber

Facebook / Amber

Għandna imbagħad dan it-tfajjel żgħir b'xagħaru isfar imħarbat:

Chris

Facebook / Chris Grech

Xagħru issa kiber mhux ħazin u sar kollu nokkli. Dan m'hu ħadd ħlief Chris Grech:

Chris kbir

Facebook / Chris Grech

It-tielet tifla diġa' kienet interessata fil-mużika minn eta' bikrija:

Brooke zghira

Facebook / Brooke

Illum xagħarha kemxejn itwal u m'hi ħadd ħlief Brooke Borg:

Brooke kbira

Facebook / Brooke

L-aħħar tfajjel żgħir bir-rakketta f'idejh jidher kwiet ħafna:

Gianni zghir

Facebook / Gianni Zammit

Imma fil-verita' daqxejn imqareb illum. Dan m'hu ħadd ħlief Gianni Zammit:

Gianni kbir

Facebook / Gianni Zammit

Awguri lil min se jieħu sehem. M'għandniex dubju li l-folla numeruża li se tattendi se jkollha spettaklu li mhux se tinsa malajr.


Neville Refalo